Currency

Sett Datat 2014

2014

Sett ta' muniti datat 2014

Dated set 2014

 €2 commemorative coin Independence

Is‑sett jinkludi t‑tmien muniti tal‑euro Maltin, iddisinjati minn Noel Galea Bason. Is-sett jinkludi wkoll munita kommemorattiva taż‑€2, li tfakkar il‑Kostituzzjoni tal‑Indipendenza tal‑1964 li kienet addottata f'Settembru ta' dik is‑sena meta Malta kisbet l‑indipendenza tagħha u saret stat sovran. Din il-munita ġiet iddisinjata minn Ġanni Bonnici u hija r‑raba' munita minn serje ta' ħames muniti li jikkomemoraw avvenimenti importanti fl‑istorja kostituzzjonali ta' Malta. Is‑sett jinkludi wkoll munita replika mill‑perjodu Għarbi. Il‑muniti kollha kienu maħduma fir‑Royal Dutch Mint.