News

Simpożji ta' Riċerka

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jorganizza konferenzi u simpożji ta' riċerka ta' livell għoli sabiex jinkoraġġixxi diskussjoni miftuħa ma' partijiet interessati relevanti, inklużi l‑akkademiċi u rappreżentanti mis‑suq finanzjarju. Esperti barranin, kemm mill‑istituzzjonijiet ta' policy u kemm mill‑akkademja, huma ġeneralment mistiedna sabiex jaqsmu l‑fehmiet u l‑għarfien espert tagħhom dwar it‑tema tal‑konferenza. Il‑Bank Ċentrali ta' Malta jieħu l‑opportunità ta' dawn is‑simpożji ta' riċerka sabiex iniedi pubblikazzjonijiet speċjalizzati dwar l‑ekonomija Maltija.    

Symposium 2017