Currency

Munita Kommemorattiva taż-€2 - It-Tempji ta' Ħaġar Qim

2017

Munita Kommemorattiva taż-€2 - It-Tempji ta' Ħaġar Qim

Munita kommemorattiva taż-€2 - It-Tempji ta' Ħaġar Qim

It‑Tempji ta' Ħaġar Qim fil‑Qrendi f'Malta għandhom uħud mill‑ikbar ġebel megalitiku użat fil‑bini tat‑tempji preistoriċi li nsibu fil‑gżejjer Maltin. Is‑sit imur lura għas‑snin 3,600‑3,200 QK, u huwa wieħed mill‑eqdem monumenti free‑standing fid‑dinja. Ħaġar Qim huwa ddikjarat bħala sit ta' wirt dinji mill‑UNESCO.

Din il‑munita, li ssegwi l‑munita li turi t‑tempji tal‑Ġgantija, tkompli s‑serje ta' seba' muniti li qed jinħarġu mill‑Bank li juru monumenti preistoriċi Maltin iddikjarati bħala siti ta' wirt dinji mill‑UNESCO. 

In‑naħa ta' wara tal‑munita turi n‑naħa komuni taż‑€2 filwaqt li n‑naħa ta' quddiem (in‑naħa nazzjonali) turi rappreżentazzjoni tat‑tempji ta' Ħaġar Qim. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Ċirkolazzjoni

€2

25.75

8.5

n/a

Noel Galea Bason

Monnaie de Paris