Currency

Munita Kommemorattiva taż-€2 - Il-mitt anniversarju mill-ewwel titjira minn Malta

2015

Munita Kommemorattiva taż-€2 - Il-mitt anniversarju mill-ewwel titjira minn Malta

€2 Commemorative Coin - Centenary of the first flight from Malta

Fit‑13 ta' Frar 1915, ajruplan tal‑baħar Short Type 135, abbord l‑HMS Ark Royal, telaq mill‑Port il‑Kbir għal titjira ta' 35 minuta. L‑ajruplan tal‑baħar, bin‑numru tas‑serje 136, ittajjar mill‑Kaptan Cecil F Kilner u għamel l‑ewwel titjira rreġistrata minn Malta.

Il‑faċċata ta' wara tal‑munita turi n‑naħa komuni taż‑€2, filwaqt li l‑faċċata ta' quddiem (in‑naħa nazzjonali) turi ajruplan tal‑baħar Short Type 135 waqt titjira fuq il‑Port il‑Kbir bil‑Ponta tal‑Isla fl‑isfond. Il‑faċċata ta' quddiem tal‑munita ġiet iddisinjata minn Noel Galea Bason.

Il‑munita kommemorattiva ser toħroġ f'verżjoni għaċ‑ċirkolazzjoni fi stoċċijiet ta' 25 munita kull wieħed, kif ukoll f'coin cards. Il‑muniti fil‑cards, li minnhom ser isiru biss 25,000, ser juru l‑marka taz‑zekka tar‑Royal Dutch Mint, fejn inħadmu l‑muniti. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Ċirkolazzjoni

€2

25.75

8.5

n/a

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint