Currency

Munita Kommemorattiva taż-€2 - 200 Sena mit‑Twaqqif tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

2014

Munita Kommemorattiva taż-€2 - 200 Sena mit‑Twaqqif tal‑Korp tal‑Pulizija ta' Malta

Malta Police Force Bicentenary

Il‑Korp tal‑Pulizija ta' Malta hu wieħed mill‑eqdem korpi tal‑pulizija fl‑Ewropa li ġie mwaqqaf fil‑bidu tal‑perjodu kolonjali Brittaniku fl‑1814 mill‑ewwel Gvernatur ta' Malta, Sir Thomas Maitland. Permezz ta' proklamazzjoni maħruġa f'Lulju ta' dik is‑sena, hu stabbilixxa s‑sisien għat‑twaqqif tal‑Korp billi ordna li s‑setgħat kollha eżerċitati dak iż‑żmien fuq l‑amministrazzjoni tal‑pulizija f'Malta kellhom jiġu ttrasferiti lill‑awtoritajiet ġodda taħt proċeduri stabbiliti. Għalhekk, mit‑12 ta' Lulju 1814 'il quddiem, it‑tmexxija u l‑kontroll sħiħ tal‑pulizija waqgħu taħt ir‑responsabbiltà tal‑Ispettur Ġenerali tal‑pulizija li kien jirċievi l‑ordnijiet tiegħu direttament mill‑Gvernatur ta' Malta. Wara li Malta ngħatat l‑Indipendenza fl‑1964, il‑Gvern ta' Malta ħa r‑responsabbiltajiet kollha għall‑Korp tal‑Pulizija ta' Malta. 

Fuq il‑faċċata ta' wara, il‑munita kommemorattiva turi s‑simbolu komuni taż‑€2, filwaqt li l‑faċċata ta' quddiem turi l‑emblema tal‑Korp tal‑Pulizija ta' Malta.  

Tip

Denominazzjoni

Dijametru(mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Ċirkolazzjoni

€2

25.75

8.5

n/a

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint