Munita Kommemorativa taż-€2 - Indipendenza 1964
2014
|
Munita Kommemorativa taż-€2 - Indipendenza 1964
|
|
Il‑gvern Malti u l‑gvern Ingliż bdew id‑diskussjonijiet dwar il-kostituzzjoni għall‑indipendenza wara li l‑Prim Ministru Malti, Dr Ġorġ Borg Olivier għamel talba formali għall‑indipendenza ta' Malta fl‑20 ta' Awwissu 1962. Wara negozjati twal u diffiċli, matul l‑1963 tħejja abbozz tal‑kostituzzjoni għall‑indipendenza li kien approvat mill‑Parlament Ingliż fit‑23 ta' Lulju 1964. Id‑data għall‑Indipendenza kienet stabbilita għall‑21 ta' Settembru 1964 meta Malta formalment saret stat sovran indipendenti.
In‑naħa ta' wara tal‑munita turi d‑denominazzjoni taż‑€2 li hija komuni fuq il‑muniti kollha maħruġa f'din is‑serje. Is‑simbolu nazzjonali jidher fuq in‑naħa ta' quddiem tal‑munita b'dettall mill‑monument tal‑Indipendenza li jinsab il‑Furjana. Il‑munita ġiet iddisinjata mill‑artist Malti Ġanni Bonnici.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
BU
|
€2
|
25.75
|
8.5
|
n/a
|
Ġanni Bonnici
|
Royal Dutch Mint
|
|
Proof
|
€2
|
25.75
|
8.5
|
n/a
|
Ġanni Bonnici
|
Royal Dutch Mint
|
|