Munita Kommemorativa taż-€2 - Rappreżentazzjoni tal-Maġġoranza 1887
2012
|
Munita Kommemorativa taż-€2 - Rappreżentazzjoni tal-Maġġoranza 1887
|
|
Wara l‑kostituzzjoni tal‑1849, iċ‑ċittadini Maltin akkwistaw id‑dritt biex jeleġġu r‑rappreżentanti tagħhom fuq il‑Kunsill tal‑Gvern. Madankollu, dawn il‑membri eletti kienu f'minoranza fil‑Kunsill li kien effettivament ikkontrollat mill‑Gvernatur, li kien jirrappreżenta lill‑Gvern Ingliż, u mill‑membri nominati tiegħu. Fl‑Ewropa kontinentali, żviluppi politiċi li wasslu biex jiġu eletti gvernijiet rappreżentattivi kienu fatturi importanti biex qajmu sentiment simili f'Malta. Dan il‑proċess laħaq il‑quċċata tiegħu meta għaddiet il‑Kostituzzjoni tal‑1887 fejn il‑Maltin setgħu jeleġġu l‑maġġoranza tal‑membri fuq il‑Kunsill tal‑Gvern.
In‑naħa ta' quddiem ta' din il‑munita (in‑naħa nazzjonali) kienet iddisinjata mill‑artist Malti Ġanni Bonnici u turi folla tiċċelebra bil‑Palazz tal‑Gvernatur, il‑Belt Valletta, bħala sfond. In‑naħa ta' wara tal‑munita turi s‑simbolu taż‑€2 li huwa karatteristika komuni tal‑muniti kollha tal‑euro ta' din id‑denominazzjoni.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross(g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
BU
|
€2
|
25.75
|
8.5
|
n/a
|
Ġanni Bonnici
|
Royal Dutch Mint
|
400,000
|
Proof
|
€2
|
25.75
|
8.5
|
n/a
|
Ġanni Bonnici
|
Royal Dutch Mint
|
5,000
|