Munita Kommemorattiva taż-€2 - L-Ewwel Deputati Eletti 1849
2011
|
Munita Kommemorativa taż-€2 - L-Ewwel Deputati Eletti 1849
|
|
Fl‑1849, Malta ngħatat kostituzzjoni li kienet tipprovdi għall‑proċess ta' elezzjonijiet. Dan fisser li għall‑ewwel darba taħt il‑ħakma Ingliża, u fi żmien fejn il‑kontinent tal‑Ewropa kien fi stat ta' aġitazzjoni riformista, l‑elettorat Malti seta' jivvota biex jeleġġi r‑rappreżentanti tiegħu biex jieħdu sehem f'leġislatura kolonjali, il‑Kunsill tal‑Gvern, minkejja li f'minoranza. Wara t‑tneħħija taċ‑ċensura tal‑istampa fl‑1839, il‑kandidati elettorali setgħu jagħmlu l‑kampanja tagħhom permezz ta' gazzetti u laqgħat pubbliċi, li b'hekk iffaċilitaw il‑formazzjoni tal‑opinjoni pubblika u biddlu ftit ftit in‑natura tat‑tmexxija f'Malta. Dawn l‑iżviluppi setgħu ġew influwenzati mill‑fatt li, mill‑1820 'il quddiem, Malta kienet gżira ta' rifuġju għal numru kbir ta' refuġjati Taljani, li ħafna minnhom kellhom fehmiet sodi liberali u repubblikani u kienu qed jistinkaw għal Italja magħquda.
Il‑munita kienet iddisinjata minn Ġanni Bonnici u turi id qed titfa' vot ġo kaxxa tal‑voti ‑ simbolu tal‑proċess ta' elezzjonijiet demokratiċi.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross(g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
BU
|
€2
|
25.75
|
8.5
|
n/a
|
Ġanni Bonnici
|
Royal Dutch Mint
|
400,000
|
Proof
|
€2
|
25.75
|
8.5
|
n/a
|
Ġanni Bonnici
|
Royal Dutch Mint
|
5,000
|