Currency

Munita Kommemorattiva taż-€2 - L-Għaxar Anniversarju tal-UEM

2009

Munita Kommemorattiva taż-€2 - L-Għaxar Anniversarju tal-UEM

10th Anniversary EMU

L‑ewwel munita kommemorattiva taż‑€2 maħruġa mill‑Bank Ċentrali ta' Malta tfakkar l‑għaxar anniversarju tal‑Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM). Kull pajjiż fiż‑żona tal‑euro ħareġ munita li turi disinn komuni iżda bl‑isem ta' kull pajjiż u l‑kitba 'EMU 1999‑2009' bil‑lingwa rispettiva tal‑pajjiż.

Id‑disinn deliberatament primittiv tal‑munita jissimbolizza l‑euro bħala l‑aktar pass riċenti fl‑istorja twila tal‑kummerċ sat‑twaqqif tal‑unjoni ekonomika u monetarja. Huwa xogħol ta' George Stamatopoulos, skultur mid‑dipartiment tal‑istampar fil‑Bank of Greece.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross(g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

BU

€2

25.75

8.5

n/a

George Stamatopoulos

Royal Dutch Mint

700,000