Currency

Europa Programme 2014 bit-tema 'Kompożituri Ewropej' - Maestro Charles Camilleri

2014

Europa Programme 2014 bit-tema 'Kompożituri Ewropej'

Maestro Charles Camilleri

Maestro Charles Camilleri silver coin

Maestro Charles Camilleri gold coin

Fl-2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika ġdida bħala parti mill‑Europa Programme 2014 bit‑tema "Kompożituri Ewropej".

Il‑faċċata tal‑muniti turi l‑emblema ta' Malta flimkien mas‑sena tal‑ħruġ, 2014. Il‑faċċata ta' wara turi xbieha ta' Charles Camilleri (1931-2009) imnaqqxa mill‑artist Malti, Noel Galea Bason.

Charles Camilleri twieled fis‑7 ta' Settembru 1931. Studja l‑mużika ta' età żgħira ħafna, u fl‑1947 kiteb l‑ewwel xogħol sinifikanti tiegħu bl‑isem "The Malta Suite". Din il‑kompożizzjoni hi eżempju ta' kif Camilleri inkorpora l‑għanja folkloristika u l‑mużika Maltija f'ħafna mix‑xogħlijiet tiegħu, u b'hekk ħoloq identità mużikali nazzjonali għal Malta. Hu għex barra minn Malta għal ħafna snin, kiteb u kkompona fl‑Awstralja, fir‑Renju Unit, fil‑Kanada u fl‑Istati Uniti, fejn ikkompona ħafna mix‑xogħlijiet tiegħu. Il‑mużika tiegħu, li ġiet ippubblikata internazzjonalment, tvarja minn mużika folkloristika tas‑snin bikrin tiegħu għal xogħlijiet astratti u moderni aktar tard fil‑karriera tiegħu. Camilleri miet fit‑3 ta' Jannar 2009 fl‑età ta' 77 sena.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

5,000

Deheb Proof

€50

21.00

6.50

0.916

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

1,500