- Home
-
- Il-Fond Bank Ċentrali ta' Malta
Il-Fond Bank Ċentrali ta' Malta
Il‑Bank jemmen fil‑ħtieġa li jappoġġja attivitajiet edukattivi, kulturali u xjentifiċi, kif ukoll kawżi soċjali, ta' statura nazzjonali, u l‑protezzjoni tal‑wirt nazzjonali. Għal dan il‑għan, il‑Fond Bank Ċentrali ta' Malta ġie stabbilit f'Jannar 2022 bil-miri u l-għanijiet li ġejjin:
- Li jappoġġja u jiffinanzja proġetti ta' statura nazzjonali b'viżibilità dejjiema marbuta ma':
- l-edukazzjoni, inklużi fost l-oħrajn il-lingwa, il-letteratura, l-istorja u dixxiplini umanistiċi oħrajn;
- attivitajiet kulturali, inklużi fost l-oħrajn id-drama, iż-żfin, il-mużika, u arti oħra;
- riċerka xjentifika inklużi fost l-oħrajn il-mediċina, it-trattament xieraq tal-annimali u l-konservazzjoni ambjentali;
- u l-kawżi soċjali;
- Li jinkoraġġixxi u jappoġġja r-riċerka, il-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt nazzjonali Malti;
- Li jippromwovi r-riċerka u edukazzjoni ogħla fl-oqsma ta' attività tal-Bank u tal-Fond, u għal dan il-għan, kemm jekk waħdu jew flimkien ma' istituzzjonijiet oħra, kemm jekk huma entitajiet pubbliċi jew privati, lokali jew barranin, jipparteċipa f'attivitajiet ta' riċerka u tagħlim, inkluża l-organizzazzjoni ta' konferenzi, seminars, simpożji, u korsijiet ta' tagħlim akkademiku jew tekniku, jagħti boroż ta' studju u rikonoxximenti għall-eċċellenza;
- Li jikkontribwixxi f'attivitajiet edukattivi, kulturali, xjentifiċi, u kawżi soċjali, sabiex ikun ta' sostenn għal persuni legali involuti f'xogħol sostanzjali volontarju, mhux għall-profitt u/jew filantropiku;
- Li jgħin lill-individwi b'impenn muri li jaħdmu fuq proġett validu relatat ma' attività edukattiva, kulturali jew xjentifika, li jwassal għal studju, riċerka u pubblikazzjoni.
Il-Fond huwa indipendenti minn kwalunkwe influwenza politika, ideoloġika u/jew denominazzjonali.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu billi timtela din il-formola u tintbagħat fl-indirizz ta' hawn taħt jew bl-email:
Central Bank of Malta Fund
Fund Secretariat
Central Bank of Malta
Castille Place
Valletta - VLT1060