L-450 anniversarju mit-twaqqif tal-Belt Valletta
2016
|
L-450 anniversarju mit-twaqqif tal-Belt Valletta
|
|
Fl-2016, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita tal‑fidda li tfakkar l‑erba' mija u ħamsin anniversarju mit‑twaqqif tal‑belt kapitali ta' Malta, il-Belt Valletta.
In‑naħa ta' quddiem tal‑munita turi l‑istemma araldika ta' Malta bid‑data 2016. In‑naħa ta' wara tal‑munita turi lill‑arkitett Francesco Laparelli u l‑assistent tiegħu Gerolamo Cassar jikkonsultaw mal‑Gran Mastru Jean de Valette dwar il‑bini tal‑belt Valletta.
Kien ilu ppjanat għal żmien twil li tinbena belt ġdida ffortifikata fuq l‑għoljiet tal-peniżola Sceberras. Iżda kien biss wara l‑Assedju l‑Kbir tal‑1565 li l‑Ordni ta' San Ġwann, bl‑appoġġ tal‑Papa u r‑Re ta' Spanja, ikkommettiet ruħha sew għal dan il‑proġett. Il‑belt il‑ġdida ġiet iddisinjata minn Francesco Laparelli, l‑arkitett tal‑Papa, u l‑ewwel ġebla tagħha tqiegħdet mill‑Gran Mastru Jean de Valette fit‑28 ta' Marzu 1566. Ingħatat l‑isem Valletta f'ġieħ il‑Gran Mastru. Fl‑1571, l‑Ordni mmexxija mill‑Gran Mastru Pietro del Monte, ittrasferixxiet l‑kwartieri tagħha mill‑Birgu għall‑Belt Valletta. Minn dakinhar serviet bħala l‑belt kapitali ta' Malta. Bil‑fortifikazzjonijiet impressjonanti u l‑binjiet u l‑monumenti eċċellenti tagħha, il‑Belt Valletta ġiet iddikjarata bħala sit ta' wirt dinji mill‑UNESCO fl‑1980.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
3,000
|