Currency

Il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew tal-Unjoni Ewropea

2017

Il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill Ewropew tal-Unjoni Ewropea

Il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew tal-Unjoni Ewropea - munita tal-fidda

Il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew tal-Unjoni Ewropea - prodott konġunt

Fl-2017, il‑Bank Ċentrali ta' Malta u l‑MaltaPost ser joħorġu prodott numiżmatiku konġunt li jfakkar l‑ewwel Presidenza ta' Malta tal‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea. Il‑prodott huwa sett li jikkonsisti f'munita tal‑fidda u replika ta' bolla stampata fuq fuljetta tal fidda.

Il‑munita, maħduma fir‑Royal Dutch Mint, turi l‑emblema ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2017 fuq in‑naħa ta' quddiem, u l‑logo uffiċjali għall‑Presidenza Maltija tal‑Kunsill għall‑Unjoni Ewropea fuq in‑naħa ta' wara. Ir‑replika ta' bolla stampata fuq fuljetta tal‑fidda ġiet prodotta għall‑MaltaPost mir‑Royal Dutch Mint ukoll u turi l‑bolla postali ta' €3.59, waħda mill-bolol postali maħruġa għall‑okkażjoni tal‑Presidenza Maltija tal‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea.

Dan il‑prodott konġunt ser ikun f'kaxxa attraenti u huwa limitat għal 500 sett.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

2,500