Currency

Il-Konservatorju fil-Ġonna Botaniċi tal-Argotti

2017

Il-Konservatorju fil-Ġonna Botaniċi tal-Argotti 

Il-Konservatorju fil-Ġonna Botaniċi tal-Argotti - munita tal-fidda

Il-Konservatorju fil-Ġonna Botaniċi tal-Argotti - munita tad-deheb

Fl-2017, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ muniti numiżmatiċi tad‑deheb u l‑fidda li juru l‑Konservatorju mibni fil‑Ġonna Botaniċi tal‑Argotti. Il‑muniti huma maħruġa taħt l‑Europa Programme bit‑tema 'Żmien il‑Ħadid u l‑Ħġieġ', u għandhom il‑marka tal‑logo Europa Star.

In‑naħa ta' quddiem tal‑munita turi l‑istemma araldika ta' Malta u l‑logo tal‑Europa Star. In‑naħa ta' wara tal‑muniti turi l‑Konservatorju fil‑Ġonna Botaniċi tal‑Argotti. 

Din l‑istruttura tal‑ħadid u l‑ħġieġ, li kienet iddisinjata mill‑arkitett Andrea Vassallo, kienet xi ħaġa innovativa għal Malta. Il‑konservatorju kien struttura estetikament sabiħa, iżda l‑manutenzjoni tiegħu kienet tiswa ħafna, tant li fl‑1931 il‑Gvern iddeċieda li jħottu.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

 €10

 38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

 3,000

Deheb Proof

€50

21.00

6.50

0.916

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

1,000