Currency

Patakka

2016

Patakka

Patakka

Fl-2016, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita numiżmatika tad‑deheb li tirrappreżenta l‑munita erba' tari tar‑ram, magħrufa bħala "patakka".

In‑naħa ta' quddiem tal‑munita turi l‑emblema ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2016. In‑naħa ta' wara tal‑munita turi rappreżentazzjoni tal‑"patakka" maħruġa mill‑Gran Mastru Jean de Valette u s‑Salib ta' Malta.

Fl‑1566, il‑Gran Mastru Jean de Valette beda l‑bini tal‑Belt Valletta. Hekk kif naqsu l‑fondi tal‑Ordni minħabba l‑Assedju l‑Kbir tal‑1565, il‑Gran Mastru rrikorra għall‑istampar ta' eluf ta' muniti fiduċjarji tar‑ram sabiex ipatti għan‑nuqqas fil-muniti tad‑deheb u l‑fidda. L‑eluf ta' rġiel jaħdmu fuq il‑bini tal‑Belt Valletta kienu jingħataw is‑salarji tagħhom ta' kull ġimgħa f'ram. Il‑munita erba' tari tar‑ram, li f'Malta kienet magħrufa bħala l‑"patakka", kienet fiċ‑ċirkolazzjoni flimkien mal‑muniti tal‑fidda Maltin u Sqallin. Din il‑parità saret żbilanċjata wara l‑1636 minħabba l‑istampar ta' ammont eċċessiv ta' muniti tar‑ram. Il‑"patakka" u l‑muniti l‑oħra tar‑ram tal‑Ordni baqgħu jintużaw f'Malta matul l‑ewwel snin tat-tmexxija Ingliża. Il‑"patakka" ma baqgħetx valuta legali fil‑25 ta' April 1828.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Deheb Proof

€5

11.00

0.50

0.999

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

2,500