Currency

Is-seklu għoxrin modern 'Dangerous Sport' - Antonio Sciortino

2016

Is-seklu għoxrin modern 'Dangerous Sport' - Antonio Sciortino

Antonio Sciortino - 'Dangerous Sport' silver coin

Antonio Sciortino - 'Dangerous Sport' gold coin

Fl-2016, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ muniti numiżmatiċi tad‑deheb u l‑fidda li jfakkru l‑arti ta' Antonio Sciortino. Il‑muniti ser jinħarġu taħt l‑Europa Programme bit‑tema "is‑seklu għoxrin modern" u għandhom il‑marka tal‑logo Europa Star.

Il‑faċċata ta' quddiem tal‑muniti turi l‑wiċċ ġdid tal‑muniti tal‑Europa Programme li jinkludi l‑istemma araldika ta' Malta. In‑naħa ta' wara tal‑muniti turi rappreżentazzjoni tal‑iskultura ta' Antonio Sciortino bl‑isem ta' 'Dangerous Sport', li lartist ipproduċa fl1937.

Sciortino jista' jitqies bħala l‑aqwa artist Malti ta' fama internazzjonali. Qatta' l‑biċċa l‑kbira tal‑ħajja tax‑xogħol tiegħu f'Ruma fejn ipproduċa numru kbir ta' xogħlijiet inkluż 'Dangerous Sport'. L‑interess ta' Sciortino li jaqbad il‑movimenti hu evidenti f'dan ix‑xogħol ta' arti, li wera l‑istil hekk simboliku tax‑xogħlijiet progressivi tal‑artist.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru(mm)

Piż Gross(g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

3,000

Deheb Proof

€50

21.00

6.5

0.916

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

1,000