Currency

Il-100 Anniversarju mit-twelid ta' Dom Mintoff

2016

Il-100 Anniversarju mit-twelid ta' Dom Mintoff

Il-100 Anniversarju mit-twelid ta' Dom Mintoff - munita tal-fidda

Il-100 Anniversarju mit-twelid ta' Dom Mintoff - prodott konġunt

Fl-2016, il‑Bank Ċentrali ta' Malta u l‑MaltaPost ser iniedu prodott numiżmatiku konġunt li jfakkar il‑mitt anniversarju mit‑twelid tal‑eks‑Prim Ministru ta' Malta, Dom Mintoff. Il-prodott huwa sett li jikkonsisti f'munita tal‑fidda u replika ta' bolla stampata fuq fuljetta tal‑fidda.

Il‑munita, maħduma fir‑Royal Dutch Mint, turi l‑emblema ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2016 fuq in‑naħa ta' quddiem, filwaqt li fuq in‑naħa ta' wara hemm xbieha ta' Dom Mintoff. Ir‑replika ta' bolla stampata fuq fuljetta tal‑fidda ġiet prodotta wkoll għall‑MaltaPost mir‑Royal Dutch Mint, u turi l‑bolla postali ta' €3 bi xbieha ta' Dom Mintoff. 

Dan il‑prodott konġunt hu disponibbli f'kaxxa attraenti u huwa limitat għal 500 sett.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru(mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

2,000