Currency

L-400 Anniversarju tal-Akkwedott ta’ Wignacourt

2015

L-400 Anniversarju tal‑Akkwedott ta' Wignacourt 

400th Anniversary of the Wignacourt Aqueduct silver coin - obverse

400th Anniversary of the Wignacourt Aqueduct silver coin - reverse

Fl-2015, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita tal‑fidda li tfakkar l‑erba' mitt anniversarju mill‑inawgurazzjoni tal‑Akkwedott ta' Wignacourt.

Il‑faċċata ta' wara tal‑munita turi aspetti mill‑Akkwedott, jiġifieri l‑arkata ta' Wignacourt, li kienet tinsab fi Fleur‑de‑Lys, u l‑għajn ta' Wignacourt li tinsab fil‑Furjana. Dawn huma inkwadrati f'motif li jfakkar l‑arkati li għadhom jeżistu tal‑akkwedott.

Il‑faċċata ta' quddiem tal‑munita tinkludi xbieha tal‑Gran Mastru Alof Wignacourt li ffinanzja parti sostanzjali mill‑ispiża għall‑bini tal‑akkwedott, li kien iwassal ilma frisk mir‑Rabat għall‑Belt Valletta. L‑akkwedott kien wieħed mill‑ikbar proġetti ta' utilità pubblika li saru mill‑Kavallieri tal‑Ordni ta' San Ġwann u kien inawgurat fil‑21 ta' April 1615. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

37.00

22.85

0.925

Noel Galea Bason

Royal Belgian Mint

2,500