Currency

One-third farthing

2015

One-third farthing

One-third farthing

Fl-2015, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ munita numiżmatika tad-deheb li tirrappreżenta l‑one‑third farthing.

Il-faċċata ta' quddiem tal‑munita turi l‑emblema ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2015. Il-faċċata ta' wara tal‑munita turi rappreżentazzjoni tal‑ewwel disinn tal‑one‑third farthing użata f'Malta bejn l‑1827 u l‑1860. Il‑munita turi l‑figura ta' Brittanja bilqiegħda u bil‑foxxna f'idha.

Bl‑introduzzjoni tal‑muniti Ingliżi f'Malta fl‑1825, inħasset il‑ħtieġa li jkun hemm munita ekwivalenti għall‑grano, li kienet l‑iżgħar denominazzjoni użata fi żmien l‑Ordni ta' San Ġwann. L‑ewwel one‑third farthing inħadmet għall‑użu f'Malta fi Frar tal‑1827 fir‑Royal Mint tal‑Ingilterra. Din il‑munita, li kienet magħrufa lokalment bħala l‑ħabba, ma baqgħetx tinħadem wara l‑1913 u jidher li kienet ħarġet miċ‑ċirkolazzjoni sas‑snin tletin. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru(mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Deheb Proof

€5

11.00

0.50

0.999

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

2,500