L-450 Anniversarju mill-Assedju l-Kbir
2015
|
L-450 Anniversarju mill-Assedju l-Kbir
|
|
|
Fl-2015, il‑Bank Ċentrali ta' Malta u l-Heritage Malta nedew prodott numiżmatiku konġunt li jikkommemora l‑450 anniversarju mill‑Assedju l‑Kbir tal‑1565. Dan il‑prodott konġunt jikkonsisti f'munita tal‑fidda maħruġa mill‑Bank Ċentrali ta' Malta u folja tal‑fidda maħruġa minn Heritage Malta.
Il‑munita turi l‑monument tal‑bronż tal‑1927, maħdum minn Antonio Sciortino b'tifkira għal dawk li mietu waqt l‑Assedju l‑Kbir tal‑1565. Il‑folja tal‑fidda turi l‑Gran Mastru Jean de Valette kif impitter minn Matteo Perez d'Aleccio.
L‑Assedju l‑Kbir ta' Malta huwa avveniment storiku u epiku. Ir‑reżistenza erojka mill‑Kavallieri u l‑Maltin, taħt it‑tmexxija tal‑Gran Mastru Jean de Valette, kisbet l‑ammirazzjoni tal‑Ewropa.
Il‑prodott konġunt hu ppakkjat f'kaxxa attraenti u huwa limitat għal 1,565 sett, li jirrifletti s‑sena tal‑Assedju l‑Kbir.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru(mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
5,000
|