Currency

Is-Summit bejn Bush u Gorbachev f’Malta

2015

 Is-Summit bejn Bush u Gorbachev f'Malta

Bush-Gorbachev Malta Summit silver coin

Bush-Gorbachev Malta Summit gold coin

Fl-2015, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ muniti numiżmatiċi tad‑deheb u l‑fidda li jfakkru l‑laqgħa li kienet saret f'Malta f'Diċembru 1989 bejn il‑President tal‑Istati Uniti George H. W. Bush u l‑mexxej tal‑Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev. Il‑muniti ser jinħarġu taħt l‑Europa Programme bit‑tema "Il‑Waqgħa tal‑Purtiera tal‑Ħadid" u għandhom ilmarka tallogo Europa Star.

Il-faċċata ta' wara tal‑munita turi lill‑President tal‑Istati Uniti u lill‑mexxej tal‑Unjoni Sovjetika jieħdu b'idejn xulxin, simbolu tal‑ispirtu ġdid ta' ħbiberija u kooperazzjoni bejn iż‑żewġ superpotenzi. Il‑Malta Summit effettivament wassal għat‑tmiem tal‑Gwerra Bierda u, iktar tard, għall‑waqgħa tal‑Purtiera tal‑Ħadid. Il‑faċċata ta' quddiem tal‑muniti turi l‑istemma araldika ta' Malta.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru(mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

5,000

Deheb Proof

€50

21.00

6.5

0.916

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

1,500