Currency

Auberge de Bavière

2015

Auberge de Bavière

Auberge de Bavière silver coin

Auberge de Bavière gold coin

Fl-2015, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ser joħroġ żewġ muniti numiżmatiċi, waħda tad‑deheb u oħra tal‑fidda, li juru l‑Auberge de Bavière. Din ser tkun il‑ħames u l‑aħħar waħda mis‑serje ta' muniti numiżmatiċi maħruġa mill‑Bank dwar il‑bereġ tal‑Kavallieri tal‑Ordni ta' San Ġwann.

Il‑faċċata ta' quddiem tal‑munita turi l‑emblema ta' Malta flimkien mas‑sena tal‑ħruġ, 2015. Fuq in-naħa ta' wara talmunita tidher il‑faċċata tal‑Auberge de Bavière.

Palazzo Carnerio, illum magħruf bħala l‑Auberge de Bavière, inbena fl‑1696 mill‑kavallier Portugiż Gaspare Carnerio. Il‑palazz kien iddisinjat minn Carlo Gimach. Palazzo Carnerio nxtara għall‑użu tal‑Langue Anglo‑Bavarjana, li ġiet imwaqqfa fl‑1782 fi żmien il-Gran Mastru De Rohan. Matul l‑Ewwel Gwerra Dinjija, l‑Auberge de Bavière kienet ittrasformata fi sptar. Aktar tard intużat bħala skola, u llum tospita d‑Dipartiment tal‑Proprjetà tal‑Gvern. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

 €10

 33.00

18.75

0.925

Noel Galea Bason

Royal Belgian Mint

 2,500

Deheb Proof

€15

14.00

1.25

0.999

Noel Galea Bason

Royal Belgian Mint

1,000