Currency

Iz-Zecchino

2014

Iz-Zecchino

Zecchino

Fl-2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika tad‑deheb li turi z‑zecchino.

Il‑faċċata tal‑munita turi l‑emblema ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2014. Il‑faċċata ta' wara turi zecchino maħruġ minn Philippe Villiers de l'Isle Adam, l‑ewwel Gran Mastru tal-Ordni f'Malta.

Iz‑zecchino kienet munita tad‑deheb li nħadmet l‑ewwel darba f'Venezja fl‑1284, u ġabet l‑isem tagħha miz‑zekka Venezjana li kienet magħrufa bħala z‑'zecca'. Il‑munita, li kienet tiżen 3.5 grammi, kienet maħduma mid‑deheb kważi pur. Għal aktar minn 500 sena, id‑disinn tal‑munita ma nbidilx. Għalhekk kienet meqjusa bħala munita stabbli u aċċettata bħala mezz ta' ħlas. Minħabba f'hekk, ħafna pajjiżi, speċjalment dawk fil‑Mediterran, adottaw u ħarġu muniti tad‑deheb simili għaz‑zecchino Venezjan. Il‑munita ġiet introdotta u maħduma f'Malta mill‑Ordni ta' San Ġwann. Normalment, naħa waħda kienet turi xbieha ta' San Ġwann, il‑qaddis patrun tal‑Ordni, li qed jagħti bandiera lill‑Gran Mastru li qiegħed għarkupptejh quddiemu; filwaqt li n‑naħa l‑oħra kienet turi l‑figura ta' Kristu bil-Vanġelu f'idejh.  

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Deheb Proof

€5

11.00

0.50

0.999

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

10,000