100 Sena Anniversarju mill-Ewwel Gwerra Dinjija
2014
|
100 Sena Anniversarju mill-Ewwel Gwerra Dinjija
|
|
|
Fl‑2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika tal‑fidda u oħra tar‑ram isfar li jfakkru l‑mitt anniversarju mill‑bidu tal‑Ewwel Gwerra Dinjija.
Fuq quddiem tal‑muniti tidher l‑emblema ta' Malta flimkien mas‑sena tal‑ħruġ, 2014.
Il‑faċċata ta' wara turi infermiera li qiegħda tikkura suldat ferut. Dan ifakkar l‑irwol umanitarju li kellha Malta matul l‑Ewwel Gwerra Dinjija b'27 sptar u kampijiet ta' konvalexxenza, fejn eluf ta' midruba fil‑gwerra ġew ikkurati. Il‑faċċata ta' wara tal‑munita turi wkoll suldat u peprina ħamra li hija s‑simbolu li jqanqal it‑tifkira tas‑suldati kollha li mietu fil‑gwerra. Din hija l‑ewwel darba li ntuża l‑kulur fuq munita Maltija.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
€10
|
37
|
22.85
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Belgian Mint
|
5,000
|
Ram isfar Ċirkolazzjoni
|
€5
|
30
|
10.50
|
-
|
Noel Galea Bason
|
Royal Belgian Mint
|
200,000
|