Currency

50 Anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta

2014

50 Anniversarju mill‑Indipendenza ta' Malta 

Malta Independence 50th Anniversary silver coin - reverse

Malta Independence 50th Anniversary silver coin - obverse

Fl‑2014, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita tal‑fidda li tfakkar il‑ħamsin anniversarju mill‑Indipendenza ta' Malta.

Il‑faċċata ta' quddiem tal‑munita turi l‑emblema tal‑Università tal‑Imdina, li kienet kunsill amministrattiv imwaqqaf fl‑Imdina stess fiż‑żminijiet medjevali. Din kienet forma ta' gvern awtonomu mogħti lill‑Maltin mill‑Viċirè ta' Sqallija fis‑seklu ħmistax. L‑emblema bajda u ħamra, li hi riprodotta bil‑kulur fuq il‑munita, tirrappreżenta l‑għeruq storiċi tal‑identità nazzjonali ta' Malta.

Il‑faċċata ta' wara tal‑munita turi l‑ewwel Prim Ministru ta' Malta Indipendenti, Dr Ġorġ Borg Olivier, ixejjer id‑dokumenti tal‑Kostituzzjoni tal‑Indipendenza li ġew ippreżentati lilu mid‑Duka ta' Edinburgh waqt ċerimonja pubblika li saret fil‑Furjana fil‑21 ta' Settembru 1964, l‑ewwel ġurnata ta' Malta bħala stat indipendenti mill‑Gran Brittanja. Il‑munita ġiet iddisinjata u mnaqqxa minn Noel Galea Bason. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross(g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

5,000