Europa Programme 2013 bit-tema ‘Kittieba Ewropej’ - Dun Karm Psaila
2013
|
Europa Programme 2013 bit‑tema 'Kittieba Ewropej'
|
Dun Karm Psaila
|
|
|
Fl‑2013, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika tal-fidda u oħra tad-deheb bħala parti mill‑Europa Programme 2013 bit‑tema 'Kittieba Ewropej'. Il‑faċċata tal‑muniti turi l‑emblema ta' Malta flimkien mas‑sena tal‑ħruġ 2013. Il‑faċċata ta' wara turi xbieha ta' Dun Karm Psaila (1871‑1961), imnaqqxa mill‑artist Malti Noel Galea Bason.
Dun Karm, qassis, hu meqjus bħala l‑poeta nazzjonali Malti. Kiteb l‑ewwel poeżiji tiegħu bit‑Taljan, imma mill‑1912 'il quddiem beda jikteb bil‑Malti, u sar wieħed mill‑figuri ewlenin fil‑kitba tal‑letteratura Maltija u fil‑promozzjoni tal‑lingwa Maltija. Fl‑1921 Dun Karm kiteb il‑versi tal‑Innu Malti, bl‑ewwel vers tiegħu mnaqqax fid‑disinn tal‑munita.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
10,000
|
Deheb Proof
|
€50
|
21
|
6.5
|
0.916
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
2,000
|