Gran Mastru Emmanuel Pinto
2013
|
Gran Mastru Emmanuel Pinto
|
|
Fl-2013 il-Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika tal-fidda sabiex jitfakkar il-Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann, Emmanuel Pinto. Il-faċċata tal-munita turi l-emblema ta' Malta u s-sena tal-ħruġ 2013. Il-faċċata ta' wara turi xbieha ta' bust tal-Gran Mastru Pinto b'mappa tal-gżejjer Maltin fl-isfond, filwaqt li l-istemma araldika tiegħu b'kuruna rjali fuqha huma mogħtija prominenza.
Emmanuel Pinto kien elett Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann f'Malta fl-1741. Matul it-32 sena tar-renju tiegħu, hu kkommissjona għadd kbir ta' xogħlijiet pubbliċi, inklużi l-imħażen fil-Port il-Kbir, id-Dwana u tlestiet il-Berġa ta' Kastilja.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
€10
|
38.61
|
20.00
|
0.925
|
Luc Luycx
|
Royal Belgian Mint
|
2,000
|