Currency

Sir Paul Boffa

2013

Sir Paul Boffa

Sir Paul Boffa

Fl-2013, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika tal‑fidda sabiex jitfakkar Sir Paul Boffa, l‑ewwel Prim Ministru wara l‑gwerra.

Il-faċċata tal‑munita turi l‑emblema nazzjonali ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2013.

Il-faċċata ta' wara turi xbieha ta' bust ta' Sir Paul Boffa. Sir Paul Boffa, li kien tabib, serva bħala Prim Ministru ta' Malta mill-4 ta' Novembru 1947 sas-26 ta' Settembru 1950.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Dutch Mint

2,500