Europa Programme 2012 bit-tema ‘Artisti Ewropej’ - Antonio Sciortino (1879-1947)
2012
|
Europa Programme 2012 bit‑tema 'Artisti Ewropej'
|
Antonio Sciortino (1879-1947)
|
|
|
Fl‑2012, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika tal-fidda u oħra tad-deheb taħt l‑Europa Programme 2012 bit‑tema 'Artisti Ewropej' biex jikkommemora l‑iskultur magħruf Malti Antonio Sciortino (1879‑1947).
Antonio Sciortino studja fir‑Regio Istituto di Belle Arti f'Ruma u għamel żmien twil jgħix f'dik il‑belt, fejn eventwalment laħaq Direttur tal‑British Academy of Arts. Fil‑bidu kien influwenzat ħafna mix‑xogħol tal‑iskultur Franċiż Auguste Rodin u f'ħafna mill‑aħjar xogħlijiet tiegħu tispikka din l‑influwenza.
Il‑materjal favorit ta' Sciortino kien il‑bronż, li hu kien juża b'sensittività kbira. Il‑munita turi l‑kapolavur tal‑1904 ta' Sciortino, Les Gavroches (tfal tat‑triq), li kienet ispirata mir‑rumanz magħruf ta' Victor Hugo tal‑1862 'Les Miserables', ktieb li kien għadu pprojbit mill‑Knisja Kattolika fi żmien meta Sciortino lesta din l‑istatwa tal‑bronż.
Bozzetto tal‑istatwa kien ippreżentat lill‑Prinċipessa Eliżabetta fl‑1951 u din għadha tagħmel parti mill‑kollezzjoni rjali f'Buckingham Palace. L‑istatwa tal‑bronż tpoġġiet fil‑Ġonna tal‑Barrakka ta' Fuq fil‑Belt Valletta, iżda wara li ġiet irrestawrata fl‑2003, l‑istatwa ttieħdet fil‑Mużew Nazzjonali tal‑Arti fil‑Belt Valletta u flokha tqiegħdet replika tagħha.
|
Type
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross(g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
10,000
|
Deheb Proof
|
€50
|
21
|
6.5
|
0.916
|
Noel Galea Bason
|
Royal Dutch Mint
|
2,000
|