Europa Programme 2011 bit-tema ‘Esploraturi’ - Esploraturi Feniċi
2011
|
Europa Programme 2011 bit‑tema 'Esploraturi'
|
Esploraturi Feniċi
|
|
|
Fl‑2011, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita numiżmatika tad‑deheb u oħra tal‑fidda bħala parti mill‑Europa Programme 2011 bit‑tema 'Esploraturi'. Fuq wara tal‑munita jidhru bastiment bl‑imqadef ta' żmien il‑Feniċi kif ukoll l‑Europa Star li hi l‑logo uffiċjali tal‑programm. Il‑Feniċi, poplu ta' baħħara u kummerċjanti, kienu jgħixu f'pajjiż żgħir fuq il‑kosta tal‑lvant tal‑Baħar Mediterran li l‑isem indiġenu tiegħu kien Kanaan. Iż‑żewġt ibliet marittimi ewlenin tagħha kienu Sidon u Tyre. Fil‑vjaġġi tagħhom lejn il‑Punent għal opportunitajiet ġodda ta' kummerċ sa mit‑tieni millennju Q.K., il‑Feniċi waqqfu ħafna kolonji fil‑Mediterran saħansitra ġewwa Spanja.
Id‑data eżatta ta' meta l‑Feniċi ssetiljaw f'Malta, bil‑port kbir u kenni tagħha li huma sfruttaw għal skopijiet ta' kummerċ, mhijiex magħrufa, iżda hu aċċettat li okkupaw il‑Gżejjer Maltin madwar is‑seklu 8 Q.K.
Huma ġabu l‑alfabett sillabiku lil din il‑kolonja ġdida kif ukoll ir‑reliġjon tagħhom, biż‑żewġ divinitajiet prinċipali tagħhom, jiġifieri l‑alla Baal u l‑alla femminili Astarte.
L‑iktar kolonja importanti tal‑Feniċi kienet il‑belt ta' Kartaġni, li tinsab fix‑xifer tat‑Tuneżija fl‑Afrika ta' Fuq. Matul iż‑żminijiet imbagħad, il‑Kartaġiniżi ħadu post il‑Feniċi fiċ‑Ċentru u l‑Lvant tal‑Mediterran, anke f'Malta xi tliet sekli wara.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
€10
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Royal Dutch Mint
|
Royal Dutch Mint
|
10,000
|
Deheb Proof
|
€50
|
21
|
6.5
|
0.916
|
Royal Dutch Mint
|
Royal Dutch Mint
|
2,000
|