Currency

Europa Programme 2010 bit-tema ‘Wirt Kulturali’ - Auberge d'Italie

2010

Europa Programme 2010 bit‑tema 'Wirt Kulturali'

Auberge d'Italie

Auberge d'Italie silver coin  Auberge d'Italie gold coin

Fl-2010 il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita tal‑fidda u oħra tad‑deheb bħala parti mill‑Europa Programme 2010. Il‑muniti juru l-Auberge d'Italie li tinsab fi Triq il-Merkanti ġewwa l‑Belt Valletta. Din il‑Berġa tospita l‑uffiċċji tal‑Awtorità Maltija għat‑Turiżmu.

Fuq quddiem tal‑muniti jidhru l‑Arma ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2010. Fuq wara jidher dettall mill‑faċċata tal‑Auberge d'Italie, l‑element ċentrali miksi bl‑irħam imżejjen b'rappreżentazzjoni ta' trofej tal‑gwerra madwar il‑bust tal‑bronż tal‑Gran Mastru Gregorio Carafa (1680‑1690) u bl‑arma tiegħu taħt.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Royal Dutch Mint

Royal Dutch Mint

12,500

Deheb Proof

€50

21

6.5

0.916

Royal Dutch Mint

Royal Dutch Mint

3,000