Currency

Europa Programme 2009 bit-tema ‘Wirt Kulturali’ ‑ Castellania

2009

Europa Programme 2009 bit‑tema 'Wirt Kulturali'

Castellania

Castellania silver coin  Castellania gold coin

Fl‑2009, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita tal‑fidda u oħra tad‑deheb bħala parti mill‑Europa Programme 2009 bit‑tema 'Wirt Kulturali'. Fuq quddiem tal‑muniti jidhru l‑arma ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 2009. Fuq wara tidher il‑Castellania, li arkitettonikament hi waħda mill‑aktar binjiet impressjonanti fi Triq il-Merkanti ġewwa l‑Belt Valletta. Dan il‑bini kien iservi bħala l‑Qrati fi żmien il‑Gran Mastri Portugiżi. Sa mill‑1895 dan il‑bini serva bħala l‑uffiċċju ewlieni tal‑awtoritajiet mediċi u tas‑saħħa pubblika u llum hemm is-Segretarjat Parlamentari għas-Saħħa fil-Ministeru talPolitika Soċjali. L‑Europa Star, li hi l‑logo uffiċjali tal‑programm, tidher ukoll fuq wara tal‑muniti.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

€10

38.61

28.28

0.925

Royal Dutch Mint

Royal Dutch Mint

15,000

Deheb Proof

€50

21

6.5

0.916

Royal Dutch Mint

Royal Dutch Mint

3,000