Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita tad‑deheb f'verżjoni proof fl‑okkażjoni tad‑dħul ta' Malta fl‑Unjoni Ewropea fl‑1 ta' Mejju 2004.
Il‑munita ġiet iddisinjata minn Marc Spiteri, ir‑rebbieħ ta' kompetizzjoni nazzjonali organizzata mill‑Bank għal dan il‑għan. Il‑mudell tal‑arma ta' Malta, li jidher fuq in‑naħa ta' quddiem tal‑munita, sar mill‑artist Malti Noel Galea Bason.
Id‑disinn magħżul jirrappreżenta d‑dħul ta' Malta fl‑Unjoni Ewropea permezz tal‑fużjoni tal‑bnadar rispettivi mgħaqqda flimkien fiċ‑ċirku tat‑tnax‑il stilla li jissimbolizzaw l‑Unjoni Ewropea.
|