Serje ta’ personalitajiet distinti Maltin - Nicolò Isouard (1775-1818)
2002
|
Serje ta' personalitajiet distinti Maltin
|
Nicolò Isouard (1775-1818)
|
|
Fl‑2002, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita tal‑fidda f'verżjoni proof, li hija t-tieni munita kommemorattiva fis‑serje ta' muniti li jfakkru Personalitajiet Distinti Maltin. Din il‑munita tfakkar lil Nicolò Isouard, il-kompożitur Malti magħruf li għex bejn l-1775 u l-1818. Fuq quddiem tal-munita jidhru l-Arma ta' Malta u s-sena tal-ħruġ. Fuq wara jidhru xbieha ta' Nicolò Isouard, flimkien mas‑snin tat‑twelid u l‑mewt tiegħu (1775-1818) u l-kliem "Nicolò Isouard - Kompożitur".
Il‑kompożitur Nicolò Isouard kien wieħed mill‑Maltin magħrufa li kiseb unur għalih u għal art twelidu saħansitra anke barra mix‑xtut Maltin. Nicolò twieled fl‑1775. Missieru, Fortunato Isouard Xuereb, bagħtu jistudja meta kien għadu żagħżugħ fil‑Military College ġewwa Pariġi, iżda t‑taqlib tar‑Revoluzzjoni Franċiża ġiegħlu jirritorna lejn Malta. Hawnhekk iddedika lilu nnifsu għall‑istudju tal‑mużika, fejn wieħed mill‑għalliema tiegħu kien il‑Mro Francesco Azzopardi, il‑magħruf 'Maestro di Cappella' tal‑Katidral Wara dan, kompla l‑istudji tiegħu fil‑mużika, inkluża l‑opra klassika, f'Palermo u f'Napli, u l‑ewwel żewġ opri tiegħu 'L'Avviso ai Maritati' u 'Artaserse' kienu suċċess ġewwa Leghorn.
Fuq ordni tal‑Gran Mastru de Rohan, hu rritorna lejn Malta u kien onorat billi nħatar bħala Donat fl‑Ordni ta' San Ġwann u appuntat bħala organist, u aktar tard fl‑1796, inħatar 'Maestro di Cappella' tal‑Knisja Konventwali ta' San Ġwann. Matul il‑ħakma Franċiża, inħatar bħala Commissaire tat‑Teatru (Manoel).
Fl‑1880 irritorna lejn Pariġi fejn iżżewweġ lil Claudine Berthault. Hemmhekk, taħt l‑isem Nicolò de Malte, ipproduċa numru ta' opri liriċi, b'librettos Franċiżi, inklużi s‑suċċessi kbar 'Cendrillon' u 'Joconde' li aċċertaw il‑fama tiegħu bħala kompożitur.
Hu miet fil‑kapitali Franċiża f'Marzu 1818 u ġie midfun fiċ‑ċimiterju Père Lachaise. Il‑bust tiegħu jispikka fost busti ta' kompożituri famużi oħra li jżejnu l‑Opéra ta' Pariġi.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
Lm5
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Mint, UK
|
2,000
|