Biex ifakkar il‑wasla tal‑Millennju l‑Ġdid, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita unika li fid‑disinn tagħha tinkorpora elementi ta' tradizzjoni u novità. Id‑disinn tal‑munita hu differenti mill‑forma tonda tas‑soltu li tikkaratterizza l‑muniti kommemorattivi maħruġa mill‑Bank, u hija ppreżentata f'forma rettangolari mhux tas‑soltu bl‑irkejjen ttundjati. Fuq in‑naħa ta' quddiem tal‑munita hemm l‑armi ta' Malta u tal‑Bank Ċentrali ta' Malta, filwaqt li fuq wara tal‑munita jidhru żewġ muniti Romano‑Maltin, maħsuba li kienu fost l‑ewwel muniti fiċ‑ċirkolazzjoni fi żmien meta Malta u Għawdex kellhom l‑istatus ta' muniċipju fl‑ewwel parti tat‑tielet seklu W.K. Il‑munita tifforma parti mill‑Masterpiece Millennium Collection, proġett oriġinat mir‑Royal Mint li fih ipparteċipaw tlieta u għoxrin pajjiż ieħor.
|