Currency

300 sena mill-mewt tal-pittur Mattia Preti

1999

300 sena mill-mewt tal-pittur Mattia Preti

300th Anniversary of the death of painter Mattia Preti

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita kommemorattiva tal‑fidda biex ifakkar it‑300 anniversarju mill‑mewt ta' Mattia Preti. Il‑munita nħarġet biex tagħti ġieħ lil Mattia Pretti, il‑pittur famuż Kalabriż li x‑xogħlijiet tiegħu, ħafna minnhom ta' natura reliġjuża, iżejnu għadd ta' knejjes f'diversi bliet u rħula f'dawn il‑Gżejjer. Fuq wara tal‑munita hemm awtoxbieha ta' Mattia Preti u tpinġija ta' San Ġwann il‑Battista - dettall minn wieħed mix‑xogħlijiet tiegħu. Fuq ix‑xellug tiegħu jidhru s‑snin ta' ħajtu (1613-1699). Fuq quddiem tal‑munita hemm l‑istemma araldika tar‑Repubblika ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 1999.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

Lm5

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Mint, UK

5,000