It-30 Anniversarju tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
1998
|
It-30 Anniversarju tal-Bank Ċentrali ta' Malta
|
|
F'April 1998, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita kommemorattiva tal‑fidda biex ifakkar it‑30 Anniversarju mit‑twaqqif tiegħu skont il‑liġi fis‑17 ta' April 1968. Fuq in‑naħa ta' quddiem tal‑munita hemm l‑istemma araldika tar‑Repubblika ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 1998, filwaqt li fuq in‑naħa ta' wara tal‑munita hemm struttura f'forma ta' piramida, li tissimbolizza s‑solidità u s‑saħħa finanzjarja tas‑sistema bankarja Maltija, l‑iskrizzjoni "30 Anniversarju Bank Ċentrali ta' Malta 1968-1998" u l‑istemma araldika tal‑Bank. Dan id‑disinn hu bbażat fuq funtana emblematika eżistenti tal‑perit magħruf Malti l‑Prof. Richard England u li tinsab fil‑bini tal‑Bank Ċentrali ta' Malti ġewwa l‑Counterguard ta' San Ġakbu fil‑Belt Valletta, Malta.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
Lm5
|
38.61
|
28.28
|
0.925
|
Noel Galea Bason
|
Royal Mint, UK
|
1,500
|