Currency

UNICEF għat-Tfal tad-Dinja

1997

UNICEF għat-Tfal tad-Dinja

UNICEF for the children of the world

Il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħareġ munita kommemorattiva tal‑fidda, taħt il‑Programm Internazzjonali tal‑Muniti tal‑UNICEF "Għat‑Tfal tad‑Dinja", li tfakkar il‑50 Anniversarju tal‑UNICEF u s‑servizz kontinwu tagħha mat‑tfal. L‑għan tal‑ħruġ ta' din il‑munita kien biex jinġabru fondi għall‑promozzjoni tal‑ġid tat‑tfal tad‑dinja kollha. Kif seħħ fil‑passat, il‑Bank Ċentrali ta' Malta ħallas somma lill‑UNICEF għal kull munita mibjugħa. Barra dan, sabiex ikompli jappoġġja l‑kawża nobbli tal‑UNICEF, il‑Bank iddeċieda li jagħti wkoll il‑profitti kollha mill‑bejgħ ta' din il‑munita f'Malta lil entitajiet lokali li jaħdmu għall‑ġid tat‑tfal, filwaqt li l‑profitti tal‑Bank fuq bejgħ li jsir barra minn Malta ser jingħataw lill‑UNICEF. Fuq in‑naħa ta' quddiem tal‑munita hemm l‑istemma araldika tar‑Repubblika ta' Malta u s‑sena tal‑ħruġ 1997, filwaqt li fuq in‑naħa ta' wara tal‑munita jidher tifel jgħannaq kelb, b'kompjuter fil‑ġenb, flimkien mal‑logo tal‑UNICEF.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru(mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

Lm5

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Valcambi, Switzerland

25,000