Currency

Il-Logħob Olimpiku

1996

Il-Logħob Olimpiku

Olympic games 'waterpolo'

Fil‑Greċja antika kienu jsiru festivals reliġjużi u atletiċi kull erba' snin fit‑tempju ta' Zeus f'Olimpja, fejn atleti minn diversi bliet stat u renji Griegi kienu jikkompetu kontra xulxin. Dan kien il‑bidu tal‑Logħob Olimpiku modern.

Fl‑1890 nobbli Franċiż, il‑Baruni Pierre de Coubertin, waqqaf il‑Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex jerġa' jistabbilixxi l‑Logħob Olimpiku. Hu ppreżenta l‑ideat tiegħu waqt l‑ewwel laqgħa tal‑Kumitat Olimpiku, li saret f'Pariġi fl‑1894. Ġie deċiż li l‑ewwel Logħob Olimpiku kellu jsir f'Ateni fl‑1896. L‑ewwel logħob laqqa' flimkien 14‑il nazzjon li l‑atleti tagħhom ikkompetew fi 43 avveniment.

Fl‑1914 ġiet adottata l‑bandiera Olimpika, li tikkonsisti minn ħames ċrieki magħqudin ma' xulxin, li jirrappreżentaw il‑ħames kontinenti, fuq sfond abjad. Il‑bandiera ttellgħat għall‑ewwel darba waqt il‑Logħob Olimpiku tal‑1920 li saru fil‑Belġju, u għadha tintuża sal‑lum.

Il‑Logħob Olimpiku tal‑1996 kienu magħrufa uffiċjalment bħala l‑Logħob tas‑XXVI Olimpijadi. Din kienet l‑edizzjoni ta' għeluq il‑mitt sena u saret f'Atlanta, fl‑Istati Uniti tal‑Amerika. Dan il‑Logħob Olimpiku laqqgħa flimkien iżjed minn 10,000 atleta minn 197 nazzjon. L‑atleti Maltin li ħadu sehem f'din l‑edizzjoni kkompetew fl‑atletika, il‑boardsailing, l‑għawm, il‑ġudo u l‑isparar.

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

Lm5

38.61

31.47

0.925

MDM Braunschweig

Royal Mint, UK

35,000