Currency

Il-50 Anniversarju tan-Nazzjonijiet Uniti

1995

Il-50 Anniversarju tan-Nazzjonijiet Uniti

50th Anniversary of the United Nations

Il‑Lega tan‑Nazzjonijiet, il‑prekursur tan‑Nazzjonijiet Uniti, twaqqfet fl‑1919 wara l‑Ewwel Gwerra Dinjija. Inħolqot bit‑Trattat ta' Versailles biex tippromwovi l‑paċi permezz tal‑kooperazzjoni internazzjonali. Iżda din l‑organizzazzjoni kienet falliment u ma baqgħetx tiffunzjona meta faqqgħet it‑Tieni Gwerra Dinjija. Fl‑1945 ir‑rappreżentanti ta' 50 pajjiż iltaqgħu f'San Francisco biex ifasslu ċ‑Charter tan‑Nazzjonijiet Uniti. Il‑bażi ta' din iċ‑Charter kien ġie propost mir‑rappreżentanti taċ‑Ċina, l‑Unjoni Sovjetika, ir‑Renju Unit u l‑Istati Uniti tal‑Amerika, li ltaqgħu f'Dumbarton Oaks, fl‑Istati Uniti tal‑Amerika, bejn Awwissu u Ottubru tal‑1944. Iċ‑Charter ġiet iffinalizzata u ffirmata fis‑26 ta' Ġunju 1945, u n‑Nazzjonijiet Uniti twaqqfu uffiċjalment fl‑24 ta' Ottubru 1945. Malta ngħaqdet man‑Nazzjonijiet Uniti meta kisbet l‑Indipendenza fl‑1964. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda Proof

Lm5

38.61

28.28

0.925

Noel Galea Bason

Royal Mint, UK

125,000