Is-sitt serje – Il-kelb Malti
1977
|
Is-sitt serje - Il-kelb Malti
|
|
Fl‑1647 Giovanni Francesco Abela kiteb "... għandna l‑klieb imsejħa Cernechi, apprezzati ħafna għall‑kaċċa tal‑fenek, li spiss huma mfittxija anke f'postijiet imbiegħda bħal Franza, l‑iżjed għall‑użu f'ambjenti ta' tlajja', imġebbla u muntanjużi". Dan il‑kelb, li hu ta' razza endemika Maltija, hu magħruf lokalment bħala "il‑Kelb tal‑Fenek" u tradizzjonalment kien jintuża mill‑Maltin għall‑kaċċa tal‑fniek selvaġġi. Dan hu kelb ta' qawwa kbira u atletiku, b'saqajn twal, għajnejn normalment lewn l‑ambra u widnejn kbar u ppuntati. Ġeneralment il‑kulur ta' dawn il‑klieb hu kannella jagħti fl‑isfar jew qastni. Il‑Kelb tal‑Fenek hu meqjus bħala l‑kelb nazzjonali ta' Malta.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru (mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda Proof
|
Lm1
|
23.6
|
5.66
|
0.925
|
Pietro Giampaoli
|
Malta Mint
|
2,437
|
Fidda BU
|
Lm1
|
23.6
|
5.66
|
0.925
|
Pietro Giampaoli
|
Malta Mint
|
|