It-tielet serje – Giovanni Francesco Abela
1974
|
It-tielet serje - Giovanni Francesco Abela
|
|
Giovanni Francesco Abela twieled fil‑Belt Valletta fl‑1582. Hu nħatar bħala Awditur mill‑Gran Mastru de Paule, u iżjed tard sar Kappillan u Viċi Kanċillier tal‑Ordni ta' San Ġwann. Abela hu rikonoxxut għall‑ħolqien tal‑ewwel mużew storiku f'Malta, li kien jinsab fid‑dar tiegħu fil‑Marsa. Ħafna mill‑oġġetti ta' Abela għadhom jeżistu fil‑kollezzjonijiet miżmuma mill‑Mużew Nazzjonali tal‑Arkeoloġija. Fl‑1647 Abela kiteb il‑famuż ktieb "Della Descrittione di Malta isola nel Mare Siciliano: con le sue antichità, ed altre notizie", li għadu kkunsidrat bħala sors importanti ta' informazzjoni storika dwar Malta. Abela miet fl‑1655 u jinsab midfun fil‑Kon‑Katidral ta' San Ġwann fil‑Belt Valletta.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru(mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Fidda
|
Lm2
|
32
|
10
|
0.987
|
Pietro Giampaoli
|
Malta Mint
|
|