It-tielet serje – L-ewwel munita Maltija
1974
|
It-tielet serje - L-ewwel munita Maltija
|
|
Ftit wara l‑konkwista tal‑gżejjer Maltin minn Ruma fis‑sena 218 QK, daħlu fiċ‑ċirkolazzjoni muniti lokali tal‑bronż ibbażati fuq is‑sistema Rumana tal‑piż. Malta, li kienet tifforma parti mill‑kmand pretorjali ta' Sqallija, ingħatat l‑istatus ta' municipium, li kien ifisser li setgħet tistampa l‑muniti tagħha mill‑bronż. Dawn il‑muniti kienu fiċ‑ċirkolazzjoni għal madwar żewġ sekli. L‑iżjed bikrija fost il‑ħarġiet ta' muniti kellha tliet ittri Puniċi stampati fuqha, aleph, nun, nun, li hu maħsub li kien l‑isem antik ta' Malta. Aktar tard il‑muniti kellhom stampat fuqhom l‑isem MELITAION bil‑Grieg, u terġa' iżjed tard il‑kelma MELITAS bil‑Latin.
|
Tip
|
Denominazzjoni
|
Dijametru(mm)
|
Piż Gross (g)
|
Finezza
|
Disinjatur
|
Zekka
|
Stampar
|
Deheb
|
Lm50
|
28
|
15
|
0.916
|
Pietro Giampaoli
|
Malta Mint
|
|