Currency

It-tieni serje – Temi Zammit

1973

It-tieni serje - Temi Zammit

Temi Zammit

Temistokle Zammit twieled fil‑Belt Valletta fit‑30 ta' Settembru 1864. Wara li studja fil‑Liċeo u fl‑Università ta' Malta, kiseb id‑Dottorat fil‑Mediċina fl‑1889. Fl‑1905 nħatar Professur tal‑Kimika fl‑istess Università, li tagħha nħatar ukoll bħala Rettur fl‑1920. Hu okkupa din il‑kariga sal‑1926 meta ddeċieda li jiddedika l‑ħin u l‑enerġija tiegħu għall‑organizzazzjoni tal‑Mużew Nazzjonali, b'mod partikolari fil‑qasam arkeoloġiku.

Sir Temi, kif kien popolarment magħruf, kien bniedem ta' versatilità kbira. L‑interessi akkademiċi tiegħu kienu varjati sew u kien kittieb prolifiku ħafna, kif jidher mill‑pubblikazzjonijiet numerużi tiegħu. Bħala xjenzjat involut f'xogħol ta' riċerka dwar it‑trasmissjoni ‑tal‑Mediterranean jew Undulant Fever (magħruf f'Malta bħala deni rqiq), sar magħruf għall‑ewwel darba f'ambjenti mediċi internazzjonali permezz tal‑konnessjoni tiegħu ma' Sir Ronald Ross. Sir Temi kien famuż ukoll għaliex issokta x‑xogħol ta' Sir David Bruce (li ismu ġie adottat biex jingħata isem lill‑mikrobu tal‑imsemmi deni bħala Brucella melitensis) fis‑snin bikrin tas‑seklu għoxrin meta skopra l‑mikro‑organiżmu fil‑ħalib tal‑mogħoż. Fl‑1920 ingħata ‑l‑"Mary Kingsley Medal" mil‑Liverpool School of Tropical Medicine. Kien famuż ukoll għall‑iskavi arkeoloġiċi tiegħu ta' siti preistoriċi fil‑Gżejjer Maltin u għall‑kitbiet akkademiċi tiegħu dwar il‑materjal misjub. 

Il‑firxa tal‑pubblikazzjonijiet ta' Zammit tkopri wkoll l‑istorja, il‑letteratura, il‑kultura u l‑edukazzjoni Maltija. Il‑kisbiet u l‑merti tiegħu ġew rikonoxxuti f'diversi ambjenti internazzjonali. Fl‑1911 ir‑Renju Unit ħatru bħala Companion of the Order of St Michael and St George, u fl‑1930 Zammit inħatar bħala Knight Bachelor. Fl‑1920 ingħata grad onorarju ta' Doctor of Literature mill‑Università ta' Oxford u fl‑1932 inħatar "Officier d'Académie" tar‑Repubblika Franċiża. 

Sir Temistokle Zammit miet fit‑2 ta' Novembru 1935. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda

Lm1

32

10

0.987

Pietro Giampaoli

Malta Mint