Currency

It-tieni serje – Id-Daħla tal-Imdina

1973

It-tieni serje - Id-Daħla tal-Imdina

Mdina Gate

L‑Imdina hi l‑kapitali antika ta' Malta. Fl‑1693 Malta ntlaqtet minn terremot li għamel ħsara f'ħafna mill‑bini medjevali antik ta' din il‑belt. Il‑Katidral kien fost il‑bini li kellu jerġa' jinbena. Il‑bini mill‑ġdid daħħal element ġdid ta' arkitettura Barokka fil‑belt l‑antika. Fis‑snin għoxrin tas‑seklu tmintax id‑daħla tal‑Imdina nbidlet b'mod eżawrjenti biex tinkludi pjazza żgħira bil‑Palazz Vilhena, imponenti u spettakolari, fuq il‑ġenb tagħha. Id‑daħla ewlenija ngħalqet bil‑ġebel u nbniet daħla ornamentali ġdida ftit metri 'l bogħod. Id‑daħla nbniet fuq disinn tal‑inġinier militari Franċiż, Charles Francois de Mondion, li dak iż‑żmien kien impjegat mal‑Ordni ta' San Ġwann. F'pożizzjoni prominenti d‑daħla fiha l‑istemma araldika tal‑Gran Mastru Anton Manoel de Vilhena li madwarha hemm ġabra dekorattiva ta' elementi militari. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Fidda

Lm2

38

20

0.987

Pietro Giampaoli

Malta Mint