Currency

It-tieni serje – Il-funtana tad-dniefel, fil-Furjana

1973

Il-funtana tad-dniefel, fil-Furjana

Dolphin fountain

Il‑funtana, li issa tinsab fi Ġnien San Filep fil‑Furjana, oriġinarjament kienet tinsab ‑fi Pjazza San Ġorġ fil‑Belt Valletta. Il‑funtana kienet tfakkar il‑wasla ta' provvista ta' ilma ħelu fil‑Belt Valletta fl‑1615 wara t‑tlestija tal‑Akkwedott ta' Wignacourt. Dan l‑avveniment ġie ċċelebrat b'festi kbar fil‑Belt Valletta.

Il‑funtana għandha vaska kbira tonda bi tliet vaski iżgħar li jinsabu fuq xulxin u li għandhom forma ta' qxur tal‑arzella; dawn iserrħu fuq pedestall f'forma ta' kon li fuqu hemm skolpiti tliet dniefel b'denbhom 'il fuq. Il‑funtana ġiet trasferita lejn il‑Furjana mill‑Ingliżi. 

Tip

Denominazzjoni

Dijametru (mm)

Piż Gross (g)

Finezza

Disinjatur

Zekka

Stampar

Deheb

Lm20

22

6

0.916

Pietro Giampaoli

Malta Mint