Market Operations

Opinjonijiet dwar l-Esekwibbiltà ta’ Master Agreements skont il-Liġi ta’ Malta

Master Agreements huma dokumenti standard li jkopru transazzjonijiet kemm domestiċi kif ukoll transkonfinali bejn kontropartijiet. Dawn l‑Agreements għandhom rwol importanti biex jiżguraw l‑interessi ta' istituzzjonijiet finanzjarji, speċjalment meta l‑istituzzjonijiet jagħmlu transazzjonijiet li jinvolvu ftehim għal xiri mill‑ġdid (repos), swaps u ċerti strumenti finanzjarji oħra.

Master Agreements jipprovdu sett ta' termini komuni għat‑transazzjonijiet bażi u jistabbilixxu l‑proċeduri. Dawn ifittxu wkoll li jnaqqsu r‑riskji tal‑kreditu bl‑applikazzjoni ta' klawżoli kuntrattwali ta' terminazzjoni u metodi ta' nnettjar ta' pagamenti u, f'każ ta' inadempjenza, bl‑applikazzjoni ta' likwidazzjoni permezz ta' kumpens u likwidazzjoni ta' transazzjonijiet. Ir‑relazzjonijiet kuntrattwali wiesgħa bejn il‑partijiet huma stabbiliti fid‑dispożizzjonijiet ġenerali, fid‑dispożizzjonijiet speċjali u fl‑annessi. Għalhekk, hu essenzjali li l‑partijiet involuti f'dawn il‑Master Agreements ikunu konxji għalkollox tal‑implikazzjonijiet legali u jkunu jafu safejn huma esekwibbli d‑dispożizzjonijiet tal‑Master Agreements fi ħdan is‑sistemi leġiżlattivi tagħhom.

L-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin, b’kollaborazzjoni mal-Bank Ċentrali ta’ Malta, ikkummissjonat opinjonijiet legali dwar l-esekuzzjoni, skont il-Liġi ta’ Malta, ta’ tliet Master Agreements internazzjonali maġġuri, jiġifieri:

  • il‑European Master Agreement (EMA) sponsorjat mill‑European Banking Federation (FBE) b'kooperazzjoni mal‑European Savings Banks Group u l‑European Association of Cooperative Banks EMA: Opinjoni Legali (mogħtija minn G&A) (2.19MB)
  • it-TBMA/ISMA Global Master Repurchase Agreement (GMRA) sponsorjat minn The Bond Market Association (TBMA) flimkien mal-International Securities Market Association (ISMA) – GMRA: Opinjoni Legali (mogħtija minn G&A) (4.75MB).